Saturday, September 14, 2024

Arsenal isegwu lil Victor Osimhen u lil Lautaro Martinez

Aqra wkoll

Arsenal qed isegwu kemm lil Victor Osimhen ta’ Napoli kif ukoll lil Lautaro Martinez ta’ Inter qabel movimenti possibbli matul it-tieqa tat-trasferimenti ta’ dan is-sajf.

Il-Gunners – li qed jiġġieldu biex jiksbu paost mal-ewwel erbgħa fil-klassifika tal-Premier League – x’aktarx li jiffirmaw ftit attakkanti ġodda dan is-sajf, bi Pierre-Emerick Aubameyang iħalli lill-club f’Jannar, u kemm Alexandre Lacazette kif ukoll Eddie Nketiah se jkunu bla kuntratt fl-aħħar ta’ Ġunju.

Huwa mifhum li t-team immexxi minn Mikel Arteta qed ‘jesplora b’mod estensiv’ kemm lil Osimhen kif ukoll lil Martinez, bit-tnejn li huma meqjusa bħala miri ewlenin għall-club mill-kapitali Ingliża.

Osimhen kien f’forma qawwija għal Napoli matul l-istaġun 2021-22, fejn skorja 15-il darba u rreġistra erba’ assists f’25 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha.

Intant Martinez sab ix-xibka f’16-il okkażjoni f’39 dehra ma’ Inter dan l-istaġun, minbarra li pprovda wkoll żewġ assists.

Madankollu, il-Gunners x’aktarx li jiffaċċjaw kompetizzjoni għaż-żewġ players, b’numru ta’ clubs Ewropej ewlenin oħra jingħad li qed iżommu ħarsithom mill-qrib fuq is-sitwazzjonijiet tagħhom.

It-team immexxi minn Arteta kien marbut ukoll b’mod qawwi ma’ Dominic Calvert-Lewin ta’ Everton, iżda issa jidher li naqqsu l-interess tagħhom fl-internazzjonali Ingliż.

Ekonomija

Sport