Arsenal għamlu offerta ta’ €40 miljun għall-attakkant internazzjonali Ukren ta’ Shakhtar Donetsk, Mykhailo Mudryk.
Dan il-player ta’ 21 sena huwa l-prijoritá tal-Gunners fis-suq tat-trasferimenti ta’ Jannar minħabba li l-Brażiljan, Gabriel Jesus, se jdum barra sa Marzu hekk kif qed jirkupra minn injury fl-irkoppa.
Mudryk huwa meqjus bħala wieħed mill-aqwa prospetti żgħażagħ fl-Ewropa u ġibed interess minn diversi clubs wara l-wirjiet impressjonanti tiegħu ma’ Shakhtar Donetsk fiċ-Champions League dan l-istaġun.
Iżda Arsenal huma ħerqana li jirbħu t-tellieqa għall-internazzjonali Ukren u jemmnu li jistgħu jibdew in-negozjati neċessarji biex imur jilgħab fl-Emirates Stadium.
Iżda fil-veritá, il-club Ingliż jinsab ferm lura fl-offerta tiegħu hekk kif dak Ukren qed jivvaluta lil Mudryk €100 miljun liema ċifra qed tirrabja lill-istess player minħabba li issa jrid imur jilgħab fil-Premier League Ingliż.