Monday, December 23, 2024

Arsenal jagħmlu telf finanzjarju ta’ aktar minn £100 miljun

Aqra wkoll

Arsenal ħabbru telf rekord ta’ aktar minn £100 miljun għas-sena li għalqet fil-31 ta’ Mejju, 2021.

Wara telf ta’ inqas minn £50 miljun matul is-sena ta’ qabel, Arsenal irreġistraw telf ta’ £107.3 miljuni wara t-taxxa, l-akbar fl-istorja tal-club.

Il-Gunners jgħidu li sa £85 miljun tat-telf tagħhom huwa attribwit għall-impatt tal-pandemija tal-Covid-19.

Arsenal lagħbu żewġ logħbiet biss qud­diem il-partitarji fl-Emirates Stadium tagħ­hom matul l-istaġun 2020-21.

B’riżultat ta’ dan, id-dħul mill-ġurnata tal-partita naqas b’£75 miljun għal £3.8 miljuni.

L-ispejjeż ġenerali tal-pagi ġew għal £244 miljun – żieda ta’ madwar £10 miljun mill-2020 – minkejja li l-players tal-ewwel team ta’ Arsenal u l-manager Mikel Arteta qablu għal tnaqqis volontarju ta’ 12.5% fis-salarji biex jgħinu fl-impatt finanzjarju tal-pandemija.

B’riżultat ta’ 55 sensja, il-club ġarrab spej­jeż eċċezzjonali ta’ £6.7 miljuni filwaqt li l-profitt totali fuq il-bejgħ tal-players qala’ lill-club £11.8 miljuni meta mqabbel ma’ £60.1 miljuni fl-2020.

L-aħħar riżultati finanzjarji ta’ Arsenal ġew rilaxxati sigħat biss wara li ħabbru żieda ta’ 4% fil-prezzijiet tal-biljetti għall-is­taġun 2022-23 biex jittrattaw “spejjeż li qed jogħlew”.

“Aħna nagħrfu li ħadd ma jilqa’ iż-żidiet fil-prezzijiet, u din id-deċiżjoni ma tteħditx b’mod ħafif,” taqra stqarrija tal-club.

“Fl-aħħar mill-aħħar quddiem l-ispejjeż kontinwi li qed jogħlew, jeħtieġ li nkom­plu nsuqu t-tkabbir fl-influssi kollha tad-dħul tagħna – inkluż il-ġurnata tal-partita – bħala parti mill-għan tagħna li nirritornaw il-finanzi tagħna għall-pożizzjoni ta’ break-even f’terminu medju.”

Ekonomija

Sport