Arsenal bdew taħditiet ma’ Bukayo Saka dwar kuntratt ġdid mal-club minn Londra.
Iż-żagħżugħ ta’ 20 sena sar player regolari taħt Mikel Arteta u skorja d-disa’ goal staġjonali fil-Premier League fir-rebħa ta’ 1-0 tas-Sibt kontra Aston Villa.
Saka estenda l-esperjenza tiegħu ma’ Arsenal fl-2020 sas-sajf tal-2024, iżda huwa maħsub li ġibed interess minn Liverpool u Manchester City wara l-prestazzjonijiet stellari tiegħu f’dan l-istaġun.
Arteta ikkonferma li l-club se jipprova jorbot lil Saka b’kuntratt ġdid, u saret ‘konversazzjoni inizjali’ dwar ftehim ġdid u mtejjeb.
Arsenal huma ottimisti dwar iċ-ċansijiet tagħhom li jestendu l-esperjenza tal-internazzjonali Ingliż, iżda fatturi bħall-futbol taċ-Champions League xorta se jkollhom sehem kbir fin-negozjati.
Saka diġà rebaħ l-FA Cup u l-Community Shield fl-Emirates Stadium u skorja 21 goal u rreġistra 27 assist minn 121 logħba għall-Gunners minn mindu ggradwa mill-akkademja tagħhom f’Hale End.