Arsenal qed jikkunsidraw li jagħmlu offerta sorprendenti għall-midfielder ta’ Chelsea, N’Golo Kante.
Il-player ta’ 31 sena fadallu biss 12-il xahar fil-kuntratt eżistenti tiegħu mal-club minn Stamford Bridge u ra l-futur tiegħu jitqiegħed f’dubju fl-aħħar ġimgħat.
Chelsea jinsabu f’riskju li jitilfu lill-player internazzjonali ta’ Franza bi free transfer fis-sajf tal-2023 iżda mhux mistennija jagħtu prijorità lill-akkwist f’nofs il-ground dan is-sajf filwaqt li Thomas Tuchel qed ifittex rinforzi fl-attakk u d-difiża.