Arsenal qed jippreparaw li joffru lil Mikel Arteta kuntratt ġdid ta’ tliet snin biex jibqa’ fit-tmun tal-club bħala manager.
Il-manager ta’ 39 sena, li se jara l-kuntratt attwali tiegħu fl-Emirates Stadium jiskadi f’Ġunju 2023, baqa’ ma ta l-ebda informazzjoni rigward taħdidiet potenzjali ta’ estensjoni fil-kuntratt meta tkellem mal-ġurnalisti.
Madankollu, is-sid ta’ Arsenal Stan Kroenke huwa kunfidenti li Arteta huwa l-persuna t-tajba biex imexxi l-club ‘il quddiem u huwa lest li jinnegozja ftehim ġdid u mtejjeb ta’ tliet snin mal-Ispanjol.
Huwa mifhum li l-kuntratt il-ġdid ta Artata jara l-pagi annwali kurrenti tiegħu jiżdiedu minn £ 5m sa £ 8.3m, l-istess ammont li kien jaqla’ l-ex manager Arsene Wenger qabel ma telaq mill-club fl-2018.
Meta mqabbel ma’ managers oħra tal-Premier League, il-kuntratt ġdid propost ta’ Arteta xorta jara lill-Ispanjol jaqla’ ħafna inqas minn Pep Guardiola ta’ Manchester City u l-manager ta’ Tottenham Hotsspur Antonio Conte, li bħalissa jaqilgħu £20m u £15-il miljun kull sena rispettivament.
Arteta, li rebaħ l-FA Cup u l-Community Shield minn meta ħa t-tmun tal-club f’Diċembru 2019, mexxa lill-Gunners sal-ħames post fil-Premier League, erba’ punti distakk mit-team li jisnab fir-raba’ post jipifieri Manchester United, iżda, bi tliet logħbiet f’idejhom.