Friday, December 13, 2024

Arsenal jistgħu jipprevjenu lil Juventus milli jiffirmaw lil Alvaro Morata

Aqra wkoll

Arsenal jistgħu jippruvaw jipprevjenu lil Juventus milli jiffirmaw lil Alvaro Morata bi ftehim permanenti mingħand Atletico Madrid.

L-ex player ta’ Chelsea kien qed jissemma’ li jista’ jtemm l-esperjenza tiegħu mal-Bianconeri wara l-wasla ta’ Dusan Vlahovic f’Jannar, iżda huwa mistenni li jibqa’ Turin sa mill-inqas tmiem l-istaġun b’self.

Il-futur ta’ Morata ma’ Atletico mhuwiex ċar bil-ftehim tiegħu fi Spanja li se jiskadi fl-2023, iżda Juventus jistgħu jwasslu għal għażla li jixtru lill-Ispanjol għat-tieni darba minn maċ-champions tal-La Liga dan is-sajf.

Madankollu, huwa mifhum li Morata xeħet ħarstu fuq ċaqliq ma’ Arsenal, li se jkunu fis-suq għal attakkant ġdid qabel l-istaġun 2022-23.

Il-Gunners se jitilfu lil Alexandre Lacazette u Eddie Nketiah bi free tarnsfers fi żmien inqas minn sitt xhur, u b’hekk Folarin Balogun u l-prospett ta’ taħt it-23 sena Mika Biereth huma l-uniċi żewġ għażliet ta’ attakk ta’ Mikel Arteta.

Juventus u Atletico huma rrapportati li kkonkludew għażla ta’ xiri ta’ €35m wara l-wasla tiegħu fl-2020, iżda issa ntqal li Juventus se jipprovaw jinnegozjaw ftehim ta’ €15-il miljun inklużi bonuses.

Morata skorja tmien goals u pprovda sitt assists fi 33 logħba għall-Bianconeri f’dan l-istaġun, u b’hekk tella’ t-total tiegħu għall-club għal 55 goal u 36 assist f’170 logħba wara l-esperjenza qasira tiegħu fl-Italja bejn l-2014 u l-2016.

Ekonomija

Sport