Arsenal qed jittamaw li jorbtu lil Bukayo Saka bi ftehim ġdid ta’ sitt snin sas-sajf tal-2027.
L-internazzjonali Ingliż kompla jirnexxi taħt il-gwida ta’ Mikel Arteta u rreġistra erba’ goals u erba’ assists minn 20 logħba fit-tournaments kollha dan l-istaġun.
Saka ffirma biss ftehim ġdid mal-club is-sena l-oħra, bit-termini attwali tiegħu jżommuh sal-aħħar tal-istaġun 2023-24.
Madankollu, Arsenal issa huma determinati li jorbtu liż-żagħżugħ ta’ 20 sena għal żmien itwal, bi ftehim sal-2027 fuq il-mejda.
Kuntratt bħal dan iżomm lil Saka fil-club wara għeluq il-25 sena tiegħu, bl-attakkant diġà skorja 15-il goal u pprovda 25 assist f’108 logħba għall-club ta’ tfulitu.
Is-sitwazzjoni rigward l-attakkanti l-oħra ta’ Arsenal mhix ċara, iżda, b’Arteta jammetti li hemm “sħaba” fuq il-futur tal-attakkanti tiegħu.