Arsenal ħarġu stqarrija fejn urew solidarjeta’ mad-difensur ċentrali tagħhom iżda misluf lil Monza Pablo Mari. Dan tal-aħħar kellu inċident sfortunat f’ċentru kummerċjali f’Milan waqt serqa li kienet qed isseħħ hemmhekk.
Mari, li ngħaqad ma’ Monza fil-bidu ta’ dan l-istaġun, safa attakkat minn ħalliel li saħansitra tah daqqa ta’ sikkina f’dahru. Il-plejer mal-ewwel ittieħed l-isptar fejn se jiġi operat sabiex jiġi mdewwi minn infjammazzjoni li żviluppatlu.
Sadanitttant f’din is-serqa, persuna ġiet maqtula u oħrajn sfaw midruba.