Sar magħruf li Raphinha kien ferm viċin li jingħaqad ma’ Arsenal f’Jannar li għadda u kien biss il-klabb tiegħu Barcellona li waqqaf dan it-trasferiment eventwali.
Il-Gunners kienu anke ppruvaw jakkwistaw lil Mkyko Mudryk u Joao Felix iżda dawn ingħaqdu ma’ Chelsea.
Sadanittant meta kienu qed jinnegozjaw ma’ Raphinha, Arsenal offrew €70 miljun, somma li għall-Katalani kienet baxxa ħafna minħabba li huma kienu ħallsu €65 miljun għalih.
Sar magħruf li ġaladarba jieħdu l-kampjonat u jieħdu sehem fil-UEFA Champions League, il-Gunners se jippruvaw jittantaw xortihom f’Ġunju li ġej.