Arsenal huma lesti li jidħlu f’taqtigħa ma’ Barcelona għall-firma tal-midfielder ta’ Leeds United, Raphinha.
Għalkemm il-kuntratt attwali tiegħu fadallu sal-2024, il-Brażiljan kien iċ-ċentru tal-ispekulazzjoni tat-trasferimenti qabel tluq potenzjali fis-sajf minn Elland Road.
Barcelona jisnabu fuq quddiem tat-tellieqa għall-player internazzjonali tal-Brażil, bid-direttur sportiv tagħhom Mateu Alemany mistenni jivvjaġġa lejn l-Ingilterra biex ikollu taħditiet mal-club minn Yorkshire.