Arsenal, Manchester United u Liverpool ilkoll qed jikkunsidraw li jagħmlu offerta għall-attakkant ta’ Real Sociedad, Alexander Isak, matul it-tieqa tat-trasferimenti ta’ dan is-sajf.
Iż-żagħżugħ ta’ 22 sena skorja tmien goals u rreġistra tliet assists fi 32 dehra għall-club Bask tiegħu matul l-istaġun 2021-22, filwaqt li skorja 41 goal u pprovda tmien assists f’121 partita minn mindu ngħaqad mal-club mil-La Liga mingħand Borussia Dortmund fl-2019.
Isak ffirma biss kuntratt ġdid ma’ Real Sociedad f’Lulju li għadda, iżda kien hemm għadd ta’ spekulazzjonijiet dwar il-futur tiegħu matul l-aħħar xhur.
Huwa mifhum li numru ta’ clubs mill-Premier League huma ‘ammiraturi’ tal-player internazzjonali Żvediż u se jippruvaw jiffirmawh matul it-tieqa tat-trasferimenti ta’ dan is-sajf.
Isak għandu klawsola ta’ release ta’ €90m fil-kuntratt tiegħu ma’ Real Sociedad, bil-club jistenna li jaslu ‘offerti għoljin ħafna’ għalih fis-suq tat-trasferimenti li ġej.
Arsenal mistennija jiffirmaw mill-inqas attakkant ġdid dan is-sajf anke jekk Alexandre Lacazette jiffirma ftehim ġdid, filwaqt li Manchester United jingħad li huma determinati li jagħtu spinta lill-attakk tagħhom qabel l-istaġun li ġej.