Arsenal huma lesti li jiftħu negozjati mal-plejer ta’ nofs il-grawnd Thomas Partey sabiex iġedded il-kuntratt tiegħu fl-Emirates Stadium.
Il-plejer ta’ 31 sena mill-Ghana irrifjuta offerti minn klabbs tas-Saudi Pro League sabiex jibqa’ mal-kowċ Mikel Arteta u l-Gunners lesti jippremjawh billi jtuh estensjoni tal-kuntratt.
Partey ilu ma’ Arsenal sa mis-sena 2020 fejn lagħab 101 partita u skorja sitt gowls.