Arsenal se jkollhom iħallsu £63m sabiex jiffirmaw lill-attakkant ta’ Bayer Leverkusen, Moussa Diaby, matul is-suq tat-trasferimenti ta’ dan is-sajf.
Iż-żagħżugħ ta’ 22 sena kien f’forma qawwija għal Leverkusen matul l-istaġun 2021-22, skorja 16-il goal u rreġistra 13-il assist f’40 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha.
Fil-Bundesliga, Diaby skorja 12-il goal u pprovda 11-il assist fi 30 partita, filwaqt li skorja erba’ goals u rreġistra żewġ assists fi tmien dehriet tal-Europa League.
L-internazzjonali Franċiż għad fadallu aktar minn tliet snin biex ikompli bil-ftehim attwali tiegħu, iżda kien hemm għadd ta’ spekulazzjonijiet dwar il-futur tiegħu fl-aħħar xhur.
Arsenal huma wieħed mill-clubs li għandhom rabta qawwija mal-attakkant, li ngħaqad ma’ Leverkusen mingħand Paris Saint-Germain f’Lulju tal-2019.