Saturday, September 14, 2024

Arsenal u Tottenham Hotspur f’taqtiegħa għal Clement Lenglet?

Aqra wkoll

Arsenal u Tottenham Hotspur huma rappurtati li t-tnejn jistgħu jagħmlu offerta għad-difensur ċentrali ta’ Barcelona, Clement Lenglet, matul it-tieqa tat-trasferimenti ta’ dan is-sajf.

Il-Franċiż mistenni jkun żejjed għar-rekwiżiti tal-club mill-Camp Nou dan is-sajf, bil-ġganti Katalani mistennija jiffirmaw mill-inqas difensur ċentrali wieħed qabel l-istaġun li ġej.

Huwa mifhum li Arsenal u Tottenham huma fost il-clubs li qed juru interess fid-difensur ċentrali qabel it-tieqa tat-trasferimenti ta’ dan is-sajf.

Jidher li Sevilla u Atletico Madrid huma wkoll fit-taqtiegħa għall-firma tal-player ta’ 26 sena, b’Barcelona ħerqana li jċeduh fis-suq tat-trasferimenti li ġej.

Lenglet, li ngħaqad ma’ Barcelona mingħand Sevilla f’Lulju 2018, għamel 16-il dehra ma’ Barcelona matul l-istaġun 2021-22, inklużi 12-il dehra fil-La Liga.

Madankollu, id-difensur ċentrali lagħab biss minuta fil-kampjonat għat-team immexxi minn Xavi mit-8 ta’ Jannar ‘l hawn, minħabba injury fil-hamstring.

Ekonomija

Sport