Arsenal u Tottenham Hotspur qed jippreparaw biex jidħlu f’taqtiegħa għall-firma tal-attakkant ta’ Leicester City, James Maddison, matul it-tieqa tat-trasferimenti ta’ dan is-sajf.
Iż-żagħżugħ ta’ 25 sena reġa’ kien player importanti għall-Foxes matul l-istaġun 2021-22, fejn għamel 42 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha, skorja 13-il goal u pprovda tmien assists fil-proċess.
Maddison għad fadallu aktar minn sentejn fil-kuntratt tiegħu fil-King Power Stadium, iżda kien hemm pretensjonijiet li jista’ jinbiegħ fis-suq li ġej.
Arsenal jibqgħu marbuta mal-Ingliż, iżda huwa mifhum li hemm ukoll interess ġenwin minn Tottenham, li jistgħu jiġġieldu ma’ Arsenal għall-firma tiegħu.
Jidher li l-manager Taljan ta’ Spurs Antonio Conte huwa ammiratur kbir ta’ Maddison u se jagħmel l-almu tuegħu kollu biex il-club tiegħu jiffirma lill-Ingliż matul it-tieqa tat-trasferimenti ta’ dan is-sajf.
Il-playmaker, li qed jiffaċċja battalja għat-telgħa biex jikseb post fl-iskwadra tat-team nazzjonali Ingliż immexxi minn Gareth Southgate għat-Tazza tad-Dinja tal-2022, skorja 40 goal u rreġistra 28 assist f’160 dehra għall-Foxes minn ngħaqad magħhom mingħand Norwich City f’Lulju 2018.