Arsenal jinsabu ferm viċin li jiksbu s-servizzi tal-attakkant internazzjonali Ġermaniż Kai Havertz mingħand Chelsea.
Minkejja li f’dawn l-aħħar jiem, Bayern Munich ippruvaw minn kollox sabiex jiksbu l-firma tal-plejer ta’ Chelsea, il-Gunners kienu aktar effiċjenti u ppreżentaw offerta ferm tajba li l-plejer ta’ 24 sena diffiċli jirrifjuta.
Havertz ilu ma’ Chelsea sa mis-sena 2020 fejn lagħab 91 logħba filwaqt li skorja 19-il gowl.