Il-manager ta’ Arsenal, Mikel Arteta, jemmen li l-Gunners iridu jissaħħu fis-suq tat-trasferimenti jekk iridu “jisirqu” x-xettru mingħand Manchester City bħala champions tal-Premier League fl-istaġun li ġej.
It-team ta’ Arteta kien fil-quċċata tal-klassifika għal ħafna mill-istaġun li għadda, iżda batew fid-dritta finali wara li bosta players ewlenin tagħhom sfaw imweġġa’.
Is-City komplew għaddejjin biex issiġillaw ir-raba’ titlu tal-Premier League f’ħames snin u għaqqdu t-treble billi rebħu l-FA Cup u ċ-Champions League.
Iż-żewġ clubs huma rappurtati li jinsabu fi gwerra ta’ offerti għall-captain ta’ West Ham, Declan Rice, filwaqt li Arsenal huma wkoll viċin hafna li jakkwistaw lil Kai Havertz mingħand Chelsea.
“Din hija l-ambizzjoni tagħna,” qal Arteta dwar it-tamiet tiegħu li jirbaħ it-titlu.
“Nafu d-diffikultà: huwa l-aqwa kampjonat fid-dinja u l-istaġun li ġej se jkun l-aktar kampjonat iebsa fl-istorja tal-Premier League.
“Għaliex? Diġà kien is-sena li għaddiet. Ilni hawn 22 sena u qatt ma rajt livell kompetittiv bħal dan. Tant kwalità, tant organizzazzjoni, tant riżorsi, tant coaches tajbin
“Dak hu l-livell u biex tirbaħ il-Premier League trid tkun l-aqwa. Għalhekk trid tissaħħaħ.”
Ftit stennew li Arsenal saħansitra joħolqu sfida għat-titlu wara li spiċċaw barra mill-ewwel erbgħa għas-sitt staġuni preċedenti.
Iżda Arteta ammetta li għadu mweġġa’ wara li llidja l-Premier League l-biċċa l-kbira tat-triq minn Awwissu sa April.
“Sal-lum, għadha tweġġagħni fil-fond li ma rbaħtx il-Premier League wara 10 xhur niġġieldu mas-City,” huwa żied jgħid.
“Kien hemm tlieta jew erba’ injuries għal players importanti u minn hemm ‘il quddiem, kollox sar ikkumplikat. Meta kellna t-team sħiħ, konna konsistenti. Malli ġew il-problemi, ma kienx biżżejjed għalina.
“L-avversarju tagħna kien l-aqwa team fid-dinja, l-aqwa skwadra fid-dinja, l-aqwa coach fid-dinja.
“Ma kellniex għażla ħlief li naċċettawha u nieħdu b‘idejn iċ-champion.”