Kumpanja tal-Intelliġenza Artifiċjal, bl-isem ta’ Malta.ai għaqqdet il-veloċità għolja tal-karozzi tal-Formula 1 mal-wirt kulturali għani ta’ Malta. Permezz ta’ intelliġenza artifiċjali avvanzata, l-artist biddel it-toroq storiċi tal-gżira f’korsa dinamika.
Karozzi tal-Formula 1, miżbugħin b’kuluri vibranti, tipikament Maltin, li jkabbru b’mod grazzjuż il-bini tal-ġebel tal-qedem, u joħolqu kuntrast bejn it-tradizzjoni u dan it-tip ta’ sport li huwa wieħed modern.
Il-viżwal juru sewwieqa tal-Formula 1 rikonoxxuti globalment li qed jinnavigaw fit-toroq dojoq ta’ Malta. L-immaġini ġġenerati mill-AI juru l-karozzi eleganti tas-sewwieaq tal-Formula 1. Din il-fużjoni ta’ teknoloġija u tradizzjoni tenfasizza l-armonija bejn id-dinja tat-teknoloġija għolja tal-Formula 1 u s-seħer etern ta’ Malta.
Il-proġett huwa xhieda tal-potenzjal kreattiv tal-intelliġenza artifiċjali. Dan ix-xogħol li huwa magħmul minn artist, mhux biss idaħħal lit-telespettaturi fl-eċitament tat-tlielaq tal-Formula 1 iżda juri wkoll il-possibilitajiet bla limitu ta’ arti mmexxija mill-AI.