Komplew jiżdiedu l-ispekulazzjonijiet li l-eks plejer tat-tennis Ashleigh Barty se tkun qiegħda tiffoka fuq sport ieħor wara s-suċċessi kbar tagħha f’dan l-isport.
Barty mistennija tiffoka fuq il-golf billi tiffirma għal sensiela ta’ tournaments ta’ esibizzjoni li jinkludu 23 ċelebritajiet oħra mid-dinja tal-isport.
Barty, li rtirat mit-tennis fl-età ta’ 25 sena x-xahar li għadda, se tirrappreżenta team tal-Bqija tad-Dinja taħt il-captain, Ernie Els, kontra team tal-Istati Uniti mmexxi minn rebbieħ kbir ieħor, Fred Couples.
L-ewwel avveniment fis-Serje tal-Ikoni se jsir fil-Liberty National fi New Jersey f’Ġunju b’tournaments ulterjuri ppjanati għall-Ewropa, l-Asja u pajjiż Barty, l-Awstralja.
Fost l-oħrajn nvoluti fis-sensiela hemm Pep Guardiola u Harry Kane mid-dinja tal-football, iċ-champion multiplu Olimpiku tal-għawm Michael Phelps, il-boxers Canelo Alvarez u Oscar De La Hoya kif ukoll Ben Roethlisberger mill-football Amerikan.
Barty, li matul il-karriera tagħha fit-tennis, rebħet tliet titli tal-Grand Slam, tilgħab b’handicap ta’ erbgħa fil-club tal-golf tagħha fi Queensland u hija mqabbda ma’ trainer professjonali.
Il-Golf Hall of Famer u l-kompatrijotta Karrie Webb ix-xahar li għadda qalu li Barty kellha t-talent li seta’ jwassalha biex xi darba tkun champion tal-golf tad-dilettanti tal-Awstralja.
Aktar tard din is-sena, Barty għandha toħroġ ukoll sensiela ta’ kotba għat-tfal.
PLAYERS RUSSI U BELORUSSI F’WIMBLEDON – Din is-sena plejers mir-Russja u l-Belarus mhux se jitħallew jikkompetu f’Wimbledon minħabba l-invażjoni tal-Ukrajna. L-iktar affettwati huma dawk li jinsabu fl-ogħla postijiet tar-rankings.
Dawn huma n-numru 2 fir-rankings tad-dinja, Daniil Medvedev tar-Russja, u n-numru 4 tan-nisa Aryna Sabalenka.