Aħbar partikolari ħarġet ilbieraħ mill-Ingilterra hekk kif it-tim tad-dilettanti ta’ Ashton United FC jixtieq jakkwista b’self lill-attakkant Norveġiż ta’ Manchester City Erling Haaland.
Il-president ta’ dan il-klabb David Burke qal li Haaland għandu sitt ġimgħat barra mill-futbol ġaladarba n-Norveġja mhux se jipparteċipaw fil-fażi finali tat-tazza tad-dinja.
“Mhux aħjar jilgħab magħna f’dawn is-sitt ġimgħat milli joqgħod jilgħab il-golf?” qal b’mod ironiku Burke.
Minkejja kollox, din il-proposta mhux se ssib appoġġ minn The Citizens li jibżgħu minn xi injury bla bżonn.