Saturday, December 28, 2024

ASMK: Terence Azzopardi jirbaħ is-sitt Atrtivita Autocross u Riders mit-Trials fl-Italja

Aqra wkoll

Nhar il-Ġimgha 31 ta’ Marzu 2023 ġiet organizzata is-sitt attivita mill-Kampjonat Nazzjonali Autocross sponsorjat mid-ditta Pasta Poiatti, bl-attivita saret fil-kumpless Sportiv tal-Assocjazzjoni f’Ta’Qali fejn irreġistraw 21 kompetitiur.

Ħarsa ħafif x’ġara matul il-ġurnata fejn waqt it-tlet heats rajan li Justin Buttigieg fuq Opel Nova jiddomina fejn irnexilu jirbaħ il-heats kollha biex assigura postu fil-finali Klassi A li hija l-ogħla klassi f’dan il-kampjonat, miegħu kwalifikaw Noel Zammit fuq Fiat Punto, Jean Paul Grech fuq Peugoet 106, Joseph Micallef fuq Opel Corsa, Terence Azzopardi fuq Opel Tigra u Dorianne Galea fuq Ford Fiesta.

Ma bidu tal-finali rajna lil Azzopardi u Grech jamlu ħruġ tajjeb tant li sa l-ewwel kantuniera serqu l-ewwel zewġ pozizjonijiet b’Azzopardi jieħu tmun tal-finali segwiet Grech u Micallef, l-attenzzjoni f’din fil-finali marret fuq Buttigeg fejn mill-ħames post beda javvanza tant li sa l-aħħar tal-finali spiċċa is-segwi lil Grech, il-Finali spiċċat b’Azzopardi jirreġistra it-tieni rebaħf’dan l-istaġun segwiet min Grech u Buttigieg, fir-raba u il-Hames post spiċċat Galea u Zammit rispettivament.

Fil-Finali B fuq il-linja tal-ħrug rajna Daniel Micallef Opel Corsa, Steve Sultana fuq Opel Nova, Theo Micallef fuq Ford Fiesta, Joseph Spiteri fuq Opel Corsa, Greet Grech fuq Opel Tigra u Issac Agius fuq Opel Corsa. Ma tluq ta din il-finali rajna lil Grech jieħu tmun tal-finali li baqa jiddefendiħ sa l-aħħar biex Grech spiċċa jirbaħ din il-finali segwiet min Sultana u Spiteri li spiċċaw fit-tieni u fit-tielet post rispettivament, fir-raba u il-ħames post spiċċaw Theo u Daniel Micallef.

Attivita li jmiss bil-Karozzi Autocross mistennija issir nhar il-Ħadd 16 t’April fl-attvita ssir fil-kumpless Sportivi tal-ASMK f’Ta’Qali u tibda 12pm.

Intant mill-Muturi Trails matul tmiem din il-gimgħa qed jikkompetu gewwa Susa Piedmont li jinsab in naħa ta fuq fl-Italja, Riders li qed jieħdu sehem f’kompetitzzjoni ta ħbieberija huma Carl Sammut fuq mutur TRS, Emma Said fuq mutur TRS, Denzel Borg fuq mutur TRS, Kevin Busutill fuq mutur Honda Montesa, Benjamin Louis Zahra fuq mutur Oset, Nathan Portelli fuq mutur Oset, Jace Bonnici fuq mutur Oset, Kenzy Bonello fuq mutur Oset, Sheylie Calleja fuq mutur TRS u Krista Scicluna fuq mutur TRS.

F’dan il-ftit jiem qedin jippratikaw biex jiffamiljarizzaw ruħom ma trakka fejn il-Ħadd li ġej 9 t’April mistennija jieħu sehem f’din il-kompetizzjoni huma jirritornaw lura Malta nhar it-Tileta liġej. L-Assoċjazzjoni tieħu l-okkazzjoni biex tawgura lil Kompetituri kollha fejn kwazi kollha ġejjin mill-Akkademja ta’ Trails li ġiet imwaqfa 2018 u illum qed naraw il-frott tagħha b’Riders li diġa qed jieħdu sehem barra pajjiż.

Iktar informazzjoni wieħed jista jsibha wkoll fis-sit elettroniku tal-Assocjazzjoni www.asmk.org.mt jew fil-paġni tal-Facebook bl-isem Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi. Wieħed jista jagħmel kuntatt bl-email:- [email protected].

Ekonomija

Sport