Thursday, August 28, 2025

Assistenza lil persuni b’diffikultajiet emozzjonali u finanzjarji

Aqra wkoll

Il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal iffirma ftehim tranżitorju mal-Fondazzjoni Sebħ, sabiex ikunu jistgħu jibdew imexxu r-residenza Fatima. Residenza li ser tkun qed toffri servizz ta’ after care lill-adoloxxenti u adulti, li ħafna drabi diġà jkunu jgħixu f’residenzi oħra minn età iżgħar. Dan huwa servizz li jaħdem sabiex ikompli jsegwi l-progress u d-diffikultajiet illi jiltaqgħu magħhom dawn il-persuni.

B’hekk dan il-ftehim bejn il-Knisja u l-Istat ser jagħti serħan il-moħħ lill-Fondazzjoni Sebħ sabiex tistabbilixxi struttura ta’ professjonisti soċjali li jkunu jistgħu jieħdu ħsieb lil dawn il-persuni 24 siegħa kuljum.

Il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, Michael Falzon stqarr li dan il-ftehim huwa biss il-bidu ta’ triq li l-Ministeru Soċjali ser jagħmel flimkien mal-Fondazzjoni Sebħ, sabiex jassigura li jkun hemm monitoraġġ effettiv tul is-snin.

‘‘Permezz ta’ dan il-ftehim inizjali, evitajna sitwazzjoni fejn din ir-residenza kienet fil-viċin illi tagħlaq il-bibien tagħha. Ma niddejqu qatt nidħlu għal sitwazzjonijiet bħal dawn, għaliex sinċerament nemmen li kull persuna jixirqilha l-aqwa ħajja, speċjalment meta jkunu għaddew minn  esperjenzi trawmatiċi,” saħaq il-Ministru Michael Falzon.

Id-Direttur tal-Fondazzjoni Sebħ, Yvonne Mallia stqarret, “Illum hija ġurnata sabiħa u importanti għall-Fondazzjoni tagħna, għax ser nieħdu f’idejna r-responsabbiltà ta’ residenza oħra. B’hekk din ir-residenza tingħaqad ma’ erba’ residenzi oħra għat-tfal u xelter għal nisa bi problemi ta’ vjolenza domestika,” 

Fatima House, kienet titmexxa mis-Sorijiet tal-Ursolini, u  toffri rifuġju u appoġġ lil żagħżagħ u adulti, li ħafna drabi ftit kellhom sapport u appoġġ minn dawk ta’ madwarhom.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport