Friday, August 8, 2025

Aston Villa jakkwistaw lil Evann Guessand

Aqra wkoll

Nice u Aston Villa laħqu ftehim għat-trasferiment ta’ Evann Guessand għal €35 miljun. L-attakkant Ivorjan, imwieled fl-2001, se jiffirma kuntratt ta’ ħames snin mal-Villains u se jkun qed jieħu post Marcus Rashford.
Minkejja offerta ta’ €8.6 miljun fis-sena minn NEOM fl-Arabja Sawdija, Guessand għażel il-Premier League, imħajjar mill-proġett sportiv ta’ Aston Villa u l-opportunità li juri l-kapaċitajiet tiegħu. Huwa qed iħares ukoll lejn sejħa mat-tim nazzjonali u opportunita’ li jilgħab fit-tazza tan-nazzjonijiet Afrikani.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport