Friday, November 15, 2024

Aston Villa jfallu b’offerta ta’ £20.5m għal Rodrigo Bentancur

Aqra wkoll

Aston Villa fallew b’offerta ta’ £20.5m għall-midfielder ta’ Juventus, Rodrigo Bentancur.

Filwaqt li Steven Gerrard diġà kien okkupat matul it-tieqa tat-trasferimenti ta’ Jannar, il-manager maħtur reċentement jidher ħerqan li jiffirma player ġdid għal nofs il-ground.

Bentancur ġie identifikat bħala l-ogħla mira tal-club fi żmien meta Juventus huma lesti li jikkunsidraw offerti għal numru ta’ players.

Il-Bianconeri rrifjutaw proposta ta’ £16.5m bil-quddiem b’£4m oħra f’bonuses.

Madankollu, Juventus se jbigħu lil da nil-player jekk Villa jibdlu l-offerta tagħhom għal ħlas ta’ £21m.

Qed jingħad li Juventus qed jinsistu fuq dik iċ-ċifra minħabba li huma meħtieġa jħallsu porzjon minn kull ħlas ta’ trasferiment lill-ex club ta’ Bentancur, Boca Juniors.

Il-player ta’ 24 sena beda 18-il partita u għamel sitt dehriet bħala sostitut fis-Serie A u fiċ-Champions League dan l-istaġun.

Ekonomija

Sport