Thursday, December 26, 2024

Atalanta għamlu offerta għal Jeremie Boga, iżda Sassuolo qed jitolbu mill-inqas €25m

Aqra wkoll

Il-player internazzjonali tal-Kosta tal-Avorju eċċella fil-Mapei Stadium wara li ngħaqad magħhom mingħand Chelsea f’Lulju 2018.

Minn dak iż-żmien ‘l hawn, il-player ta’ 24 sena skorja 18-il goal fi 92 logħba kompetittiva man-Neroverdi, fejn qatta’ tliet staġuni taħt il-gwida ta’ Roberto De Zerbi.

Iżda De Zerbi ħa t-tmun ta’ f’Skakhtar Donetsk dan is-sajf u Alessio Dionisi ħa postu fit-tmun ta’ Sassuolo li bdew l-istaġun b’mod pożittiv.

Manuel Locatelli ħalla l-club u ffirma ma’ Juventus, filwaqt li Domenico Berardi u Jeremie Boga ġew marbuta ma’ tluq possibbli.

Berardi, madankollu, jidher li se jibqa’ jilgħab f’Reggio-Emilia, iżda Boga qed jingħad li qiegħed fi triqtu ‘l barra mill-club.

Fil-Premier League, Crystal Palace qed iħarsu lejh bħala mira possibbli, iżda Atalanta issa qed jittamaw li jżommu lil Boga fis-Serie A.

Ekonomija

Sport