Atalanta huma interessati li jiffirmaw lid-difensur xellugi ta’ Arsenal, Nuno Tavares, dan is-sajf.
Iż-żagħżugħ ta’ 22 sena ngħaqad mal-Gunners fis-sajf li għadda biex jipprovdi kompetizzjoni lil Kieran Tierney, li l-injury tiegħu għal darb’oħra impedixxiet milli jkun fl-azzjoni għal parti kbira tal-istaġun li għadda.
Għalhekk Tavares kien qed jipi utilizzat mal-ewwel team ta’ Arsenal fejn għamel total ta’ 28 dehra għall-Gunners fil-kompetizzjonijiet kollha, fejn skorja goal wieħed u pprovda żewġ assists.