Atalanta qed jirriskjaw li jiġu sanzjonati b’multa u partita bil-bibien magħluqa wara li lejn tmiem il-partita kontra Lazio (2-2) il-goalkeeper ta’ dawn tal-aħħar, Pepe Reina, intlaqat minn munita.
Din il-munita kienet ġejja min-naħa tal-partitarji tal-Orobici minbarra li ġew mitfugħa wkoll oġġetti oħra – inkluż roll ta’ tejp li jwaħħal.
Ir-referee Guida, li ma ndunax ta’ x’kien, mar iwissi lil Reina biex iqum minn mal-art għax ħaseb li kien qed jaħli l-ħin. Il-goalkeeper Spanjol qam u baqa’ jilgħab iżda sar rapport … bil-possibbiltá li l-Bergamaschi jistgħu jiġu sanzjonati.