Atalanta fakkru l-memorja ta’ PierMario Morosini, eks-plejer tagħhom fis-settur taż-żgħażagħ li miet 11-il sena ilu, eżattament fl-14 ta’ April 2012 waqt li kien qed jilgħab għal Livorno. Hu miet b’attakka tal-qalb.
Il-klabb minn Bergamo semmew wieħed mis-setturi tal-grawnd għalih hekk kif bħalissa qed isir xi xogħol fuq il-Gewiss Stadium.
Fuq il-profil soċjali fuq Facebook, Atalanta ġabu ritratt ta’ Morosini bil-flokk iswed u blu tal-klabb.