Sunday, December 22, 2024

Athletics Malta bl-ewwel avveniment tal-istaġun fit-trakka tal-Marsa

Aqra wkoll

L-istaġun Malti tal-atletika se jiftaħ fi tmiem il-ġimgħa bl-ewwel pre-season meeting¸li se jagħti bidu għal sena ppakkjata għal dan l-isport. L-atleti żgħażagħ se jirritornaw il-ġimgħa ta’ wara, fl-avveniment inawgurali dedikat għalihom. Għaż-żewġ kategoriji, se jkun hemm tlieta minn dawn il-pre-season meetings, li jwasslu għall-ewwel kompetizzjoni importanti tal-istaġun, il-Kampjonati tax-Xitwa, skedati għad-19 ta’ Frar 2022.

Waqt dawn il-kompetizzjonijiet, l-atleti se jkunu qed ifittxu li jiksbu ħinijiet u distanzi biex jikkwalifikaw għall-Kampjonati Dinjija Indoor li se jsiru f’Marzu f’Belgrade, fis-Serbja.

F’dawn il-pre-season meetings, uħud mill-aqwa atleti Maltin mistennija jerġgħu lura jikkompetu fuq numru ta’ distanzi u fuq il-qabżiet u t-tfigħ tradizzjonali. Numru ta’ atleti se jkunu ħerqana li jtejbu l-aqwa ħinijiet personali, b’uħud anke jimmiraw li jisfidaw rekords nazzjonali jew dawk fil-kategoriji ta’ età rispettivi.

Għall-atleti elite, li jiffurmaw parti mit-Tim Nazzjonali, dan l-avveniment se jagħti l-bidu għal staġun mill-aktar impenjattiv, li jinkludi għadd ta’ avvenimenti internazzjonali ta’ profil għoli, fosthom il-Kampjonati Dinjija, il-Logħob tal-Commonwealth, il-Logħob tal-Mediterran kif ukoll il-Kampjonati tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa, b’dawn tal-aħħar isiru f’Malta.

F’kumment fil-bidu tal-kalendarju tal-atletika għall-2022, is-Segretarju Ġenerali ta’ Athletics Malta, Aldrin Cassar: “Athletics Malta ħadmet qatigħ sa minn tmiem l-istaġun li għadda biex tħejji għal dan l-istaġun, b’kalendarju sportiv ippakkjat, maħdum skont l-impenji internazzjonali li ġejjin, kemm fuq livell individwali kif ukoll fuq bażi ta’ skwadra. Ninsabu ferm eċitati għal dan l-istaġun li matulu se nkomplu ninvestu fl-atleti u fl-infrastruttura tagħna, fejn qed nistennew li nkomplu nibnu fuq it-titjib li rajna fl-aħħar żewġ staġuni.

Ekonomija

Sport