Il-Kunsill ta’ Athletics Malta ħa nota tar-riżenja tal-President Aldrin Cassar b’effett mit-30 ta’ Ġunju 2025.
Skont l-istatut tal-istess Assoċjazzjoni, il-Kunsill sejjaħ Laqgħa Ġenerali Straordinarja fil-21 ta’ Awwissu 2025, li matulha se jiġi elett President ġdid biex iservi sa tmiem it-terminu attwali tal-Kunsill, li jintemm fl-2026.
Sadanittant, il-Kunsill ħatar lil Darren Micallef, it-Teżorier ta’ Athletics Malta, biex jassumi r-rwol ta’ Aġent President sakemm issir l-elezzjoni.
Il-Kunsill irringrazzja lis-Sur Cassar tas-servizz tiegħu u esprima impenn lejn transizzjoni trasparenti u bla xkiel fil-ħidma tal-Presidenza.