Wednesday, March 26, 2025

Atlas Insurance tiċċelebra Employee Appreciation Day 

Aqra wkoll

Atlas Insurance kompliet it-tradizzjoni tagħha li tiċċelebra l-Employee Appreciation Day, avveniment annwali ddedikat għar-rikonoxximent tax-xogħol u d-dedikazzjoni tat-tim kollu.

F’din il-ġurnata ġew iċċelebrati l-isforzi tal-impjegati b’enfasi fuq l-impenn tal-kumpanija lejn il-valuri ewlenin tagħha, bħall-fatt li tħalli impatt pożittiv filwaqt li tagħti prijorità lill-benessri tal-impjegati.

L-Employee Appreciation Day ta’ din is-sena kienet tinkludi diversi attivitajiet maħsuba biex jagħtu lil TeamAtlas pawża mir-rutina ta’ kuljum, isaħħu r-rabta bejn il-membri tat-tim, u jtejbu l-kultura ta’ għaqda u rispett tal-kumpanija.

Fost il-varjetà ta’ attivitajiet, kien hemm massaġġi rilassanti tad-dahar u mejda b’għażla mifruxa ta’ ikel u kejkijiet delizzjużi, li offrew esperjenza unika għal kulħadd. Barra minn hekk, lotterija tar-rigali li ppermettiet lill-impjegati jirbħu diversi premjijiet wasslet element ta’ gost u sorpriża. 

Matthew von Brockdorff, Direttur Maniġerjali u CEO of Atlas Insurance, ikkummenta fuq l-importanza ta’ din il-ġurnata: “Għalina, l-Employee Appreciation Day ma tfissirx biss osservanza annwali iżda rikonoxximent ġenwin tar-rwol integrali tat-tim kollu fil-kisba tal-għanijiet kollettivi ta’ Atlas Insurance.

Din il-ġurnata speċjali hija ddedikata biex nuru b’mod attiv il-gratitudni tagħna, u nsaħħu t-twemmin li l-pedament tas-suċċess tagħna huwa mibni fuq is-saħħa u l-kuntentizza tal-impjegati kollha. Hekk kif nimxu ‘l quddiem, nibqgħu impenjati li nkomplu niżguraw post tax-xogħol li jipprovdi appoġġ u apprezzament, fejn kull membru tat-tim iħossu apprezzat u rikonoxxut għall-kontribuzzjonijiet tiegħu.”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport