Sunday, October 27, 2024

Atleta Paralimpiku bi sfida ta’ 28 kilometru ta’ qdif indoor

Aqra wkoll

L-atleta Paralimpiku Julian Bajada se jagħmel sfida ta’ 28 kilometru ta’ qdif indoor b’risq il-Kumitat Paralimpiku Malti. Din l-isfida se tkun l-itwal distanza li qatt saret minn atleta paralimpiku Malti u l-ekwivalenti ta’ qdif mill-Mellieħa sa Tas-Sliema.

L-isfida se tkun qiegħda ssir fl-istabbiliment Intersport f’Tas-Sliema nhar it-28 ta’ Ġunju 2022 mis-6.00 p.m ‘il quddiem.

Julian Bajada, ta’ 28 sena twieled mingħajr id u b’ħafna impedimenti fiżiċi f’saqajh it-tnejn. Illum huwa s-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat Paralimpiku Malti u l-mira tiegħu hi li jagħti kuraġġ lil individwi b’impedimenti fiżiċi sabiex jisfruttaw il-potenzjal sħiħ tagħhom permezz tal-isport Paralimpiku.

Permezz ta’ din l-isfiida, Julian qed jimmira li jiġbor €28,000 f’fondi biex jiżviluppa l-ewwel Tim Malti tal-Qdif Paralimpiku. Il-fondi li se jinġabru se jgħinu biex jinxtraw dgħajjes u tagħmir sportiv adattat kif ukoll biex ikun żviluppat progamm nazzjonali ta’ qdif paralimpiku.

Sport