Thursday, December 26, 2024

Atleta tal-Malta Karate Federation tikseb il-ħames post fil-Kampjonati Ewropej tal-Karate

Aqra wkoll

L-atleta Nazzjonali ta’ 16 il-sena, Thyis Antonelli, għamlet wirja mill-aqwa fill-Kampjonati Ewropej tal-Karate li seħħew ġewwa ċipru, Larnaca, fi tmien il-ġimgħa li għaddiet.  Akkompanjata mill-MKF Kowċ Nazzjonali tal-Kumite Josef Antonelli, Thyis ikkompetiet fil-kategorija tal-Kumite Kadetti Femminili +61kg nhar il-ġimgħa 4 ta’ Frar, fejn għelbet lill-iSlovakka Chrastinova Petra, lill-Pollakka Jedrzejewska Amelia kif ukoll lit-Torka Kurdoglu Melisa, iżda tilfet kontra l-Ukrena Bulay Dariia. Thyis ikkwalifikat għall-finali għall-midalja tal-Bronż, iżda tilfet kontra l-Ungeriża Kopfer Anna. 

Madwar 1139 atleta minn 48 nazzjon ipparteċipaw f’din il-50 Edizzjoni tal-EKF Cadet, Junior and U21 European Karate Championships, li hija mira għall-atleti promittenti Ewropej, kif ukoll turija tal-għola livell miksub fl-isport tal-Karate.  

‘Il-prestazzjoni ta’ Thyis kienet wirja ta’ ħila kbira, kif ukoll ta’ kollaborazzjoni u dedikazzjoni ta’ Tim Tekniku li jmexxi lil dawn l-atleti.  Bix-xieraq illi nfaħħar ix-xogħol u d-determinazzjoni ta’ Thyis. 

Ir-riżultat miksub huwa eżemplari, u żgur se jkun ta’ ispirazzjoni għall-karateki Maltin’. Dan kien il-kumment ta’ Jesmond Schembri, Direttur Tekniku tal-Malta Karate Federation.

Ekonomija

Sport