Friday, November 15, 2024

Atletico kontra Man City  bi spettaturi mnaqqsa

Aqra wkoll

Atletico Madrid ġew ordnati jagħlqu parti mill-Wanda Metropolitano għall-konfront tagħhom ma’ Manchester City ta’ għada  l-Erbgħa.

Los Rojiblancos se jiffaċċjaw liċ-champions tal-Premier League hekk kif qed ifittxu li jibbukkjaw post fis-semi-finali taċ-Champions League.

It-team ta’ Diego Simeone tilef l-ewwel leg 1-0, u l-logħba għadha miftuħa qabel it-tieni leg fil-kapitali Spanjola.

Il-preparazzjoni ta’ Atleti għal-logħba kienet ‘il bogħod milli tkun ideali, meta fi tmiem il-ġimgħa tilfu kontra Mallorca.

U issa ngħataw daqqa ta’ ħarta, bil-UEFA tordna lil Atletico biex jagħlqu 5,000 siġġu għat-tieni leg.

Huma ngħataw ukoll multa ta’ €5,000, u dan kollu għandu x’jaqsam mal-imġieba ta’ grupp żgħir ta’ partitarji waqt l-ewwel leg fl-Etihad Stadium.

Il-kameras lemħu xi partitarji u bħala riżultat mill-ewwel ġew ikkastigat meta għamlu salut Nażista f’aktar minn okkażjoni waħda waqt il-logħba.

U bħala riżultat l-UEFA mill-ewwel qabżet fuq Atleti, meta ma ttolleratx azzjonijiet razzisti jew antisemitiċi mill-partitarji.

Ekonomija

Sport