Bħalissa Atletico Madrid għaddejjin minn mument verament kritiku għal dan l-istaġun. Wara l-eliminazzjoni mit-tazzi Ewropej fejn lanqas biss għaddew għal UEFA Europa League, il-futur ta’ Diego Simeone jidher li jinsab imċajpar.
Fost l-oħrajn, l-ogħla awtoritajiet tal-klabb se jkunu qed ineħħu numru ta’ plejers fis-suq tat-trasferimenti ta’ Jannar speċjalment għax issa huma barra minn dawn il-kompetizzjonijiet.
Hekk kif issa se jkunu qed jitilfu kemxa flus ġmielha jidher li żewġ plejers li se jkunu qed jitilqu lill-klabb huma Joao Felix u Rodrigo de Paul.
Fl-istess waqt, qed jingħad li post Simeone mistenni jieħdu l-eks kowċ Spanjol Luis Enrique.