Iż-żagħżugħ ta’ 22 sena kien f’forma impressjonanti għall-club Portugiż tiegħu matul l-istaġun 2021-22, fejn skorja 26 goal fi 33 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha, inklużi 20 goal fi 22 dehra tal-kampjonat.
Nunez għad fadallu aktar minn tliet snin fil-kuntratt attwali tiegħu, iżda l-internazzjonali Urugwajan mistenni jħalli l-club matul it-tieqa tat-trasferimenti ta’ dan is-sajf.
Manchester United ikomplu jkunu marbuta b’mod qawwi mal-attakkant, li hu maħsub li hu stmat minn Benfica fir-reġjun ta’ £67m.
Madankollu, jidher li Atletico jinsabu favoriti għall-akkwsit tal-player mill-Amerika t’Isfel, biċ-champions Spanjoli jippreparaw biex isibu sostitut idoneu kemm għal Luis Suarez kif ukoll għal Joao Felix dan is-sajf.
Nunez skorja 40 goal u rreġistra 14-il assist f’77 dehra għal Benfica minn meta ngħaqad mal-club Portugiż mingħand Almeria f’Settembru 2020.