Friday, October 4, 2024

Atletico Madrid interessati f’Ben Chilwell

Aqra wkoll

Atletico Madrid iridu jsaħħu l-faxxa laterali u qed isegwu sew il-progress tal-plejer ta’ Chelsea Ben Chilwell. Dan tal-aħħar għandu 27 sena u ilu plejer internazzjonali Ingliż sa mill-2018 fejn lagħab 21 partita u skorja gowl.

Il-kowċ ta’ Atletico Madrid Diego Pablo Simeone jogħġbu ħafna l-istil ta’ dan il-plejer u jixtieq li d-diriġenti tiegħu jakkwistawh f’Jannar li ġej.

Chilwell għandu esperjenza wkoll ma’ Leicester City u Huddersfield Town.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport