Aletico Madrid warrbu għal kollox offerta ta’ €100 miljun mingħand Bayern Munich għall-firma ta’ Joao Felix.
Minkejja li l-midfielder internazzjonali Portugiż irid jitlaq lill-club Spanjol minħabba li m’għadx għandu relazzjoni tajba mal-coach Diego Simeone, mhux se jitħalla jitlaq b’inqas minn €130 miljun.
Il-kuntratt ta’ dan il-player ta’ 25 sena jintemm f’Ġunju 2025 u għaldaqsant Atletico m’għandhomx għaġġla biex ibiegħu konxji mill-fatt tal-potenzjal tiegħu.
Aktar minn hekk, huma jemmnu li l-wirjiet fit-Tazza tad-Dinja se jkomplu jgħollu l-prezz tiegħu.