Friday, December 13, 2024

Atletico Madrid qed isegwu lil Matty Cash ta’ Aston Villa

Aqra wkoll

Atletico Madrid huma “interessati serjament” li jakkwistaw lid-difensur ta’ Aston Villa, Matty Cash, matul is-sajf li ġej.

Iċ-champions Spanjoli riċentement ċedew lil Kieran Trippier li ngħaqad ma’ Newcastle United, filwaqt li Marcos Llorente, dejjem versatili, qed ikompli jissielet mal-injuries.

Cash ikkonsolida ruħu bħala player vitali għal Villa f’dan l-istaġun – fejn skorja goal f’21 dehra fil-Premier League – u l-wirjiet tal-internazzjonali Pollakk ma għaddewx inosservati.

Atletico għandhom interess serju f’Cash u se jipprijoritizzaw mossa għall-player ta’ 24 sena wara li f’Jannar għamlu kuntatt mal-aġent tiegħu.

Madankollu, Cash mhux maħsub li għandu l-ebda għaġġla biex iħalli lil Aston Villa wara l-wasla ta’ Steven Gerrard, anke b’Calum Chambers jidħol biex jikkompetu miegħu għall-post ta’ difensur lemini.

L-ex player ta’ Nottingham Forest skorja goal wieħed u pprovda tliet assists f’51 logħba għal Villa minn meta ngħaqad magħhom fl-2020 u jinsab taħt kuntratt mal-Lions sal-2025.

Ekonomija

Sport