Ir-rekords tal-400m hurdles tan-nisa u l-irġiel waqgħu fil-Kampjonati Ewropej tal-Atletika ta’ Munich 2022 hekk kif Femke Bol tal-Olanda għaqqdet doppjetta unika fi 52.67 sekondi u ċ-champion Olimpiku Norveġiż u detentur tar-rekord tad-dinja, Karsten Warholm, żamm it-titlu tiegħu f’47.12.
Bol spiċċat 20 metru ‘l bogħod fl-avveniment favorit tagħha tal-400m hurdles, u qasmet ir-rekord tal- kampjonat ta’ 52.67. Kien hemm ċelebrazzjonijiet kbar għall-Ukrajna hekk kif Viktoriya Tkachuk u Anna Ryzhykova ħadu l-fidda u l-bronż f’54.30 u 54.86 rispettivament.
Warholm, li pproduċa t- tellieqa tat-tlielaq fil-Logħob Olimpiku tas-sajf li għadda hekk kif kiseb id-deheb dinji f’44.94, immaniġġa ostaklu wieħed biss fl-ewwel tellieqa li kellu fil-laqgħa tad- Diamond League fir-Rabat fil-5 ta’ Ġunju qabel ma waqaf b’tiċrita fil-hamstring.
Il-Franċiż Wilfried Happio ħa l-fidda f’48.56, bil-bronż tmur għand Yasmani Copello tat-Turkija f’48.78.
Topi Raitanen kiseb it-tieni midalja tad-deheb għall-Finlandja wara li Wilma Murto r-rebħet il-pole vault nhar l-Erbgħa b’wirja ispirata ugwalment fit-3000m steeplechase tal-irġiel.
Raitanen għamel mossa deċiżiva mal-200m biex qabeż lit-Taljani Ahmed Abdelwahed u Osama Zoghlami, li tal-aħħar kien mexxa għal ħafna mit-tellieqa flimkien ma’ ħuh tewmi Ala.
Raitanen, 26 sena, minn Tampere, akkwista sinifikament fuq l-aħħar qabża fl-ilma u l-aħħar ostaklu qabel ma kklerja ‘l quddiem biex rebaħ f’8:21.80, b’Abdelwahed ħa l-fidda f’8:22.35 u Zoghlami l-bronż f’8:23.44.
Zharnel Hughes u Nethaniel Mitchell-Blake, għamluhom 1-2 għall-Britannja fil-200m tal-irġiel meta daħlu fil-ħinijiet ta’ 20.07 u 20.17 rispettivament bil-bronż jirbaħha t-Taljan Filippo Torto f’20.27.
Midalja tad-deheb oħra għall-Britannja kisbitha Laura Muir li rebħet l-1500m f’4:01.08 minuti quddiem l-Irlandiża Clara Mageeans (4:02.56) bil-bronż tmur għand il-Pollakka Sofia Ennaoui (4:03.59).
Fil-200m tan-nisa kienet l-Isvizzera Mujanga Kambundsi li rebħet id-deheb f’tellieqa ferm missielta bil-Britannika, Dina Asher-Smith (22.43), kellha tikkuntenta bil-fidda waqt li d-Daniża, Ida Karstoft (22.72) ħadet il-bronż.
Fid-discus tal-irġiel kien il-Litwan Mykolas Alekna li spiċċa bil-midalja tad-deheb b’tefa’ ta’ 69.78m waqt li s-Sloven Kristjan Ceh (68.28) ħa l-fidda u l-Brianniku Lawrence Okoye (67.14) il-bronż.
Gwerra u mhux gwerra l-atleti Ukreni jibqgħu jirbħu d-deheb meta Maryna Bekh-Romanchuk spiċċat l- ewwel fit-triple jump b’qabża ta’ 15.02m. Il-fidda marret għand Kristina Makela (14.64) tal-Finlandja u l- bronż għand Hanna Minenko (14.45) ta’ Iżrael.
Fid-decathlon rebaħ Niklas Kaul (Ġermanja) bi 8545 punti segwit minn Simon Ehammer (Svizzera) 8468 u Janet Oiglane (Estonja) 8346.
Il-heptathlon tan-nisa marret għand Nafissatou Thiam (Belġju) b’6628 punti waqt li Adriana Sidek (Polonja) ħadet il-fidda b’6532 u Annik Kalin (Svizzera) il-bronż b’6515.