Haruka Kitaguchi tal-Ġappun rebħet id-deheb tal-javelin fil-Kampjonati Mondjali tal-atletika li qed isiru f’Budapest, bl-aħħar tefgħa tagħha ta’ 66.73 metru u kisret il-qalb tal-Kolombjana Flor Denis Ruiz Hurtado li dehret li kienet se tirbaħ din id-dixxiplina mill-ewwel round biex ħadet il-fidda b’tefgħa ta’ 65.47.
Mackenzie Little ħadet il-bronż b’tefgħa ta’ 63.38.