Friday, December 13, 2024

Atletika: Fraser-Pryce tibqa’ tiddomina

Aqra wkoll

It-tielet ġurnata tal-Kampjonati tad-Dinja tal-Atletika li qed isiru f’Oregan, kienet kollha kemm hi tal-Ġamajkana Shelly-Ann Fraser-Pryce li rebħet il-100m li huwa l-iktar avveniment mistenni u tat-trio Amerikan li taw it-tieni 1-2-3 lill-pajjiżhom fix-shot put.

Tista’ tkun dehra familjari – li tara lil Fraser-Pryce tiċċirkola lejn il-linja tat- tmiem fi triqitha lejn deheb globali ieħor – iżda l-biża’ li tispira ma tonqos qatt.

Quddiem folla ppassjonata fil-Hayward Field, l-istilla tal-isprint Ġamajkana kisbet rekord ta’ ħames titli mondjali tal-100m, li wasslet għal clean sweep Ġamajkan tal-midalji f’rekord tal- kampjonat ta’ 10.67 (0.8m/s).

Għaddew kważi 14-il sena mill-ewwel titlu globali tagħha – id-deheb fil-100m fl-Olimpjadi ta’ Beijing 2008 – iżda Fraser-Pryce qed tkompli tikteb l-istorja. Bil-ġirja tagħha f’Oregon nhar il-Ħadd, l-atleta ta’ 35 sena saret l-ewwel waħda li rebħet ħames titli tad-dinja f’avveniment wieħed individwali, li wassal għall-ewwel rebħ tal-midalji f’din id-dixxiplina fil-Kampjonati tad-Dinja.

Warajha, Shericka Jackson kompliet turi l-versati­lità impressjonanti tagħha, billi daħlet f’10.73 biex żiedet il-fidda tad-dinja tal-100m maż-żewġ midalji tal-bronż tal-400m li rebħet fl-2015 u fl-2019, filwaqt li ċ-champion ħames darbiet Olimpika, Elaine Thompson-Herah, rebħet l-ewwel midalja tal-100m mondjali tagħha, dik tal-bronż f’ħin ta’ 10.81.

“Lanqas nista’ nimmaġina l-ammont ta’ drabi li kelli ntoppi u rkuprajt lura u erġajt qegħda hawn,” qalet Pryce. “Inkompli nfak­kar lili nnifsi li kultant mhux għax m’għandix il-ħila, iżda huwa l-ħin it-taj­jeb. U llum hekk kien.”

Fraser-Pryce tinsab it-tielet fil-lista dinjija tal-100m ta’ kull żmien bl-10.60 li  ġriet f’Lausanne f’Awwissu li għadda, li poġġiha biss wara l-Amerikana Florence Griffith-Joyner bir-rekord dinji ta’ 10.49 tagħha mill-1988 u Thompson-Herah bl-10.54 tagħha f’Hayward Field, kważi sena ilu. 

Il-Ħadd filgħaxija kien kol­lu dwar ir-rebħa, għal­kemm il-kompetizzjoni ħar­xa fissret li kien hemm bżonn rekord tal-kampjonat biex jintlaħaq.

Issa hija midalja globali għall-20 darba – bi 13 minnhom tad-deheb – u għandha ċ-ċans li żżid aktar ma’ dan l-ammont f’Oregon peress li se tieħu sehem ukoll fil-200m u fl-4x100m relay.

Fraser-Pryce hija l-ewwel li għamlet l-bravura ta’ ħames titli mondjali f’avveniment wieħed ta’ ġiri individwali, waqt li tliet atleti oħra biss fl-istorja tal-Kampjonati tad-Dinja – Sergey Bubka (pole vault), Pawel Fajdek (hammer) u Lars Rie­del (discus) – rebħu wkoll l-istess dixxiplina ħa­mes darbiet jew aktar drabi.

MARATONA IRĠIEL

Tamirat Tola tal-Etijopja rebaħ il-maratona b’mod dominanti hekk kif telaq waħdu fuq quddiem b’saħ­ħa wara madwar 34km biex spiċċa rebbieħ f’iktar minn minuta u ħa d-deheb fil-ħin rekord tal-kampjonati ta’ sagħtejn 05.36 minuti.

Il-midalja tal-fidda marret għand Etijopjan ukoll, Mosinet Geremew f’2:06.44 waqt li Bashir Abdil tal- Belġju ħa l-bronż f’2:06.48.

10,000m IRĠIEL

Joshua Cheptegei tal- Uganda, li għandu r-rekord tad-dinja tal-10,000m tal-irġiel, wera li tgħallem il- lezzjoni tal-Olimpjadi hekk kif uża tattika ta’ surmast biex rebaħ għat-tieni darba wara l-oħra il-midalja tad- deheb f’tellieqa stupenda.

Huwa rebaħ fil-ħin ta’ 27:27.43 minuti waqt li Stanley Waithaka Mburu tal- Kenja rebaħ il-fidda f’27:27.98 u Jacob Kiplimo tal-Uganda wkoll il-bronż f’27:27.90.

POLE VAULT NISA

Iċ-champion Olimpika, Katie Nageotte, rebħet l-ewwel midalja tad-deheb fil-pole vault għall-Istati Uniti f’iktar minn żewġ diċennji b’tefgħa ta’ 4.85m waqt li l-kompatrijotta tagħha Sandi Morris ħadet il-fidda bl-istess punteġġ tagħha ta’ 4.85m waqt li l-Awstraljana Nina Kennedy ħadet il-bronż b’4.80m

HAMMER NISA

L-Amerikana Brooke Andersen kisbet rebħa massiva fit-tfiegħ tal-hammer biex ħadet il-midalja tad-deheb b’tefgħa ta’ 78.96m. Il-midalja tal-fidda ħaditha l-Kanadiża Camryn Rogers b’ 75.52m waqt li l-Amerikana l-oħra, Janee’ Kassanavoid ħadet il-bronż b’74.86m.

SHOT PUT IRĠIEL

Finalment iċ-champion doppju Olimpiku li għandu r-rekord tad-dinja, Ryan Crouser, rebaħ il-midalja tad-deheb f’dawn il-kampjonati meta l-Amerikani reġ­għu kaxkru t-tliet midalji bħal m’għamlu fil-100m tal-irġiel.

Crouser rebaħ b’tefgħa ta’ 22.94m waqt li Joe Kovacs rebaħ il-fidda bi 22.89 u Josh Awotinde l-bronż bi 22.29.

110m HURDLES IRĠIEL

L-Amerikani għamluhom erba’ midalji minn sebgħa fil-ġurnata meta anke Grant Holloway rebaħ il-110m hurdles fi 13.03 sekondi segwit minn sieħbu Trey Cunningham fi 13.08, u l-Ispanjol Asier Martinez il-bronż fi 13.17.

COACH AMERIKAN QEDJIĠI INVESTIGAT

Il-coach tal-isprint Ame­rikan, Rana Reider, li jinsab taħt investigazzjoni għal imġieba sesswali ħażina, ġie mwissi mill-pulizija wa­ra li allegatament kiseb aċ­ċess mhux awtorizzat għaż- żona ta’ tisħin tal-atleti fil-Kampjonati tad-Dinja.

Reider, li jikkowċja lill- Britanniku Adam Gemili, ma ġiex akkreditat għall-avveniment f’Hayward Field.

Iċ-Ċentru tal-Istati Uniti għal SafeSport qed jinvestiga diversi lmenti ta’ kondotta sesswali ħażina kontrih.

IL-ĠAPPUNIŻI BIL-COVID-19

Id-delegazzjoni Ġappu­niża fil-Kampjonati tad- Dinja f’Eugene, Oregon irrapportat il-11-il każ tagħha tal-Covid-19, irrapportat l- aġenzija tal-aħbarijiet Kyodo, u kkwotat stqarrija mill- korp li jirregola l-atletika tal-pajjiż (JAAF).

Ekonomija

Sport