Sunday, November 24, 2024

Atletika: Il-Ġamajkana Danielle Williams tirbaħ it-tieni titlu tal-hurdles

Aqra wkoll

Il-Ġamajka Danielle Williams rebħet il-midalja tad-deheb fil-100 metru hurdles fil-Kampjonati tad-Dinja tal-Atletika li qed isiru f’Budapest, biex dan kien it-tieni suċċess tagħha wara tmien snin.  

Iż-żagħżugħa ta’ 30 sena, li rebħet id-deheb fl-2015 u l-bronż fl-2019, għelbet liċ-champion Olimpika, Jasmine Camacho-Quinn, ta’ Puerto Rico b’mija ta’ sekonda biex rebħet f’12.43 sekondi biex din tal-aħħar kellha tikkuntenta bil-fidda f’12.44 sekondi.

L-Amerikana Kendra Harrison, li kisbet ħin ta’ 12.24 sekondi fil-heats, ħadet il-bronż f’12.46 sekondi segwit minn Devynne Charlton tal-Bahamas li daħlet fir-raba’ post. 

Sport