Friday, October 11, 2024

Atletika: Il-Grieg Miltiadis Tentoglou jittrijonfa fil-long jump

Aqra wkoll

Iċ-champion Olimpiku Miltiadis Tentoglou tal-Greċja kien involut fi drama oħra tal-aħħar round hekk kif rebaħ id-deheb fil-long jump fil-Kampjonati tad-Dinja tal-Atletika li qed isiru f’Budapest, meta bl-aħħar qabża tiegħu ta’ 8.52 metri għeleb lil Wayne Pinnock tal-Ġamajka b’żewġ ċentimetri.

Tajay Gayle tal-Ġamajka rebaħ il-bronż bl-aħħar qabża tiegħu ta’ 8.27 metri, għeleb lill-kompatrijott tiegħu Carey McLeod.

Sport