Sunday, November 3, 2024

Atletika: Il-Kanada tissorprendi u l-Etijopjani jibqgħu jiddominaw

Aqra wkoll

Fil-Kampjonati Dinjin tal-Atletika, il-Kanada ssorprendew lill-Amerikani fl-4x100m tal-irġiel waqt li l-Amerikani għamlu l-istess lill-Ġamajka fit-tellieqa tan-nisa. Min-naħa tal-Etijopja huma kisbu t-tielet titlu tad-distanzi medji u tat-tul.

800m IRĠIEL

Wara li tilfu d-deheb fl-aħħar żewġ Kampjonati tad- Dinja, il-Kenja reġgħu fuq nett fit-800m tal-irġiel.

Iċ-champion Olimpiku Emmanuel Korir ħa l-vantaġġ fid-dritta finali li wassal għall-ewwel titlu mondjali tiegħu.

Korir qabeż lil Marco Arop tal-Kanada b’madwar 50 metru mit-tmiem u, b’rasu tixgħel, qasam il-linja fl-aqwa ħin staġun ta’ 1:43.71. Djamel Sedjati tal-Alġerija spiċċa t-tieni f’ħin ta’ 1:44.14, b’Arop iżomm fit-tielet post f’1:44.28.

5,000m NISA

Kienet tellieqa ta’ 5,000m li niżlet għall-aħħar 100m, b’Gudaf Tsegay tal-Etjopja tuża l-veloċità tal-1,500m tagħ­ha biex tirbaħ bi sprint eċċitanti u tikseb l-ewwel deheb globali tagħha fil-beraħ.

Il-holder tar-rekord dinji tal-1,500m indoor, li kkonfermat it-titlu indoor f’din id-dixxiplina f’Belgrad f’Mar­zu, reġgħet lura fil-korsa ħamest ijiem wara li kisbet il-fidda fl-1,500m wara Faith Kipyegon tal-Kenja, u kellha t-titlu tal-5,000m bħala l-mira tagħha.

Hija rebħet f’14:46.29 minuti hekk kif ftit aktar minn sekonda sseparat lill- ewwel tlieta. Il-Kenjana Beat­rice Chebet kienet eżatt wa­rajha, u kisbet il-fidda f’14:46.75, filwaqt li Dawit Seyaum tal-Etjopja ħadet il-bronż f’14:47.36.

TRIPLE JUMP IRĠIEL

Hekk kif Pedro Pichardo tal-Portugall stenna l-iskor tiegħu fl-ewwel tentattiv tat-triple jump, huwa baqa’ b’idejh fuq ġenbejh iħares lejn il-folla. Kellu ħarsa kunfidenti fuq wiċċu u għal raġuni tajba – kien ipproduċa qabża ewlenija fid-dinja ta’ 17.95m.

Kien biss it-tielet tentattiv tiegħu, iżda baqa’ quddiem għall-bqija tal-avveniment biex għeleb lir-rebbieħ tal-midalja tal-fidda ta’ Burkina Faso, Hugues Fabrice Zango (17.55m) u liċ-Ċiniż Zhu Yaming (17.31m), biex kompla r-renju tiegħu fil- quċċata tal-kompetizzjoni tat-triple jump.

JAVELIN IRĠIEL

Il-Kampjonati Dinjin issa għandhom żewġ rebbieħa tal-javelin b’żewġ titli konsekuttivi. Erbgħa u għoxrin siegħa wara li Kelsey-Lee Barber tal-Awstralja ddefendiet b’suċċess it-titlu tagħha, Anderson Peters ta’ Grenada rebaħ it-tieni midalja tad-deheb wara l-oħra fl-avveniment.

Huwa għamel dan b’waħda mill-akbar sensiliet ta’ tfiegħ tal-javelin li qatt saret, u pproduċa tliet tefgħat lil hinn mil-linja tad-90m.

Peters ħareġ rebbieħ bil- marka tiegħu ġiet konfermata għal 90.54m waqt li l-Indjan Neeray Chopra ħa l-fidda bi 88.13m u ċ-Ċek Jakub Vad­lejch ħa l-bronż bi 88.08m.

4x100m RELAY IRĠIEL

Kollox niżel għat-taq­tiegħa finali bejn il-Kanadiż Andre De Grasse u r-rival Amerikan, Marvin Bracy- Williams.

Fl-aħħar stadju tal-4x 100m tal-irġiel, De Grasse ħa l-baton mingħand Brendon Rodney, filwaqt li Bracy-Williams tħa­bat bil-qawwa biex jirċievi tiegħu mingħand Elijah Hall.

Dan ta lil De Grasse, li huwa ċ-champion Olimpiku tal-200m, jaqbeż lill-isprinter Amerikan u attakka fid-dritta finali biex hu u sħabu Aaron Brown, Jerome Blake, Rodney u De Grasse, ħarġu rebbieħa f’37.48, filwaqt li l-Amerikani ħadu l-fidda f’37.55 u l-Britannja kisbu l-bronż f’37.83.

4x100m RELAY NISA

L-Istati Uniti waqqfu r-renju tal-irġejjen tal-isprints, meta għelbu lill-Ġamajka fl-4x100m tan-nisa, b’saqajn aktar friski u bdil tal-baton iktar preċiża.

L-Istati Uniti rebħu fil-ħin ta’ 41.14 sekondi, li huwa l-ħames l-iktar ħin veloċi fuq art Amerikana, biex għelbu liċ-champions renjanti, li daħlu f’41.18, is-sitt l-iktar ħin veloċi f’kull ħin. Huma qalbu l-pożizzjonijiet mill-Olimpjadi ta’ Tokyo, fejn il-Ġamajka rebħu d-deheb u l-Istati Uniti l-fidda. Il-Britannja rebħu l-bronż f’37.83.

Sport