Sunday, December 22, 2024

Atletika: Il-Kenjana Faith Kipyegon tirbaħ l-1,500 metru

Aqra wkoll

L-atleta Kenjana, Faith Kipyegon, rebħet il-midalja tad-deheb tal-1,500 metri meta rreġistrat ħin ta’  3 minuti u 54.87 sekondi. 

Kipyegon, iċ-champion Olimpika darbtejn, ilu sentejn ma  tiġi megħluba.

Fis-sitt kampjonati tad-dinja tal-atletika, hija rebħet tlieta deheb, tnejn fidda u l-ħames post fid-debutt tagħha fl-2013.

Sa mill-bidu tat-tellieqa, din l-atleta ta’ 29 sena marret fuq quddiem għalkemm żammt pass ikkontrollat. 

Fil-veritá ma kellha l-ebda sfida u fl-aħħar dawra hija żiedet  il-pass biex il-vantaġġ kompla jikber. 

L-Etjopjana Diribe Welteji ta’ 21 sena rebħet il-fidda f’3:55.69, b’Sifan Hassan tal-Olanda, tirbaħ il-bronż f’ħin ta’ 3:56.00.

Ekonomija

Sport