Is-Sibt filgħaxija l-atleta Maltija Claire Azzopardi ħadet sehem fil-Kampjonati tad-Dinja tal-Atletika li qed isiru f’Oregon, fl-Istati Uniti, meta pparteċipat fil-fażi ta’ kwalifikazzjoni tal-long jump.
Hija temmet l-impenji tagħha bl-aħjar qabża ta’ 5.79 metri biex temmet fil-25 pożizzjoni.
Dan ir-riżultat kien inqas mir-rekord personali tagħha, dak ta’ 6.21 metri li kienet irreġistrat fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa, f’Ġunju li għadda, fit-trakka Matthew Micallef St John, fil-Marsa.
Ftit tal-jiem oħra hija se tirrappreżenta lil Malta fil-Logħob tal-Commonwealth, f’Birmingham, l-Ingilterra.