Monday, October 28, 2024

Atletika: In-Norveġiż Karsten Warholm jirbaħ l-400m hurdles

Aqra wkoll

Karsten Warholm tan-Norveġja reġa’ lura fil-quċċata tal-podju meta għat-tielet darba rebaħ l-400 metru hurdles fil-kampjonati tad-dinja tal-atletika li qed isiru f’Budapest. 

Id-detentur tar-rekord tad-dinja u ċ-champion Olimpiku għeleb lill-Amerikan, Rai Benjamin, fid-dritta finali biex rebaħ f’ħin ta’ 46.89 sekondi. 

Iż-żagħżugħ ta’ 27 sena rebaħ il-kampjonati tad-dinja tal-2017 u tal-2019, iżda temm fis-seba’ post fil-kampjonati li saru f’Eugene, is-sena li għaddiet. 

Kyron McMaster rebaħ il-fidda f’47.34 biex kiseb l-ewwel midalja tal-kampjonati tad-dinja għall-British Virgin Islands.

Benjamin, rebbieħ tal-midalja tal-fidda kemm is-sena l-oħra f’Eugene kif ukoll fl-Olimpjadi ta’ Tokyo, spiċċa biex ħa l-bronż f’47.56.

Sport