L-Etijopjana Gotytom Gebreslase tittama biex jirrenja l-paċi f’pajjiżha wara li rebħet il-maratona fil-Kampjonati tad-Dinja tal-Atletika li qed isiru f’Oregon, fl-Istati Uniti.
Iż-żagħżugħa ta’ 27 sena għelbet lill-Kenjana, Judith Korir, f’ħin ta’ sagħtejn 18-il minuta u 11-il sekonda biex stabbilixxiet rekord mondjali ġdid.
Il-kunflitt ilu għaddej fir-reġjun tat-tramuntana tat-Tigray tal-Etjopja mill-aħħar tal-2020, filwaqt li din is-sena kien hemm inkwiet fir-reġjun ġar ta’ Amhara li jmiss mas-Sudan.
Gebreslase wriet l-emozzjonijiet tagħha wara t-tellieqa, u bdiet tibki meta mistoqsija x’kienet tfisser ir-rebħa tagħha għaliha u għal pajjiżha.
“Ir-rebħ hija ħaġa impressjonanti ħafna u tal-għaġeb.
“Nixtieq li l-Etijopjani kollha jkunu rebbieħa f’kollox. In-nisa kollha jistgħu jkunu rebbieħa meta jaħdmu iebes għalihom infushom u għal pajjiżhom.
“U nixtieq il-paċi f’pajjiżi, fl-Etijopja kollha.”